BIL-FILMAT: Parkeġġ ta' 250 karozza f'Marsaxlokk | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Parkeġġ ta’ 250 karozza f’Marsaxlokk

Il-proġett għar-riġenerazzjoni ta’ Marsaxlokk qed jitkompla permezz ta’ fażi importanti oħra li qed issir b’investiment ta’ miljun u nofs ewro u li bdiet fis-sebgħa u għoxrin ta’ Novembru li għadda.

Fażi li tinkludi l-iżvilupp ta’ parkeġġ wara l-grawnd tal-futbol ta’ Marsaxlokk.

L-għan ta’ dan il-proġett huwa li eluf ta’ Maltin u turisti li jżuru dan il-lokal, ikunu jistgħu jipparkjaw b’aktar kumdita.

Il-qbil biex din l-art tiġi ppubblikata, intlaħaq wara konsultazzjoni wiesa mall-entitajiet konċernati li ser jiġu affetwati mill-proġett ta’ parkeġġ li ser jilqa’ fih mitejn, tnejn u ħamsin vettura.

Waqt żjara fiż-żona, l-Ministru għat-turiżmu, Konrad Mizzi fisser kif bħala parti minn dan il-proġett, ġie żviluppat ukoll ġibjun li jesa’ madwar seba’ mitt metru kubu t’ilma u li ser jservi biex isebbaħ il-madwar tal-parkeġġ.

Huwa tenna li tul dan il-proġett, ġew irreġenerati il-materjali misjuba f’dan is-sit u b’hekk il-materjal kollu li seta’ jintuża, tnaddaf u reġa’ ġie użat.

Ix-xogħlijiet fuq dan il-parkeġġ mistennija jitlestew ix-xahar id-dieħel biex imbagħad jitkomplew inizjattivi oħrajn f’dan ir-raħal pittoresk fosthom ir-riġenerazzjoni tal-Magħluq, Xatt is-sajjieda u l-pitch tal-waterpolo.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend