Malta – Il-gżira tal-Blockchain | One News

Notifiki

Malta – Il-gżira tal-Blockchain

Dan huwa l-isem li qed jagħtu lill-pajjiżna l-intraprendituri u l-investituri f’dan il-qasam.

Tim Draper, wieħed mill-akbar intraprendituri Amerikani fil-qasam tad-DLT u l-blockchain kien f’pajjiżna u ma’ dan l-istazzjon spjega kif din il-gżira ċkejkna qed tkun pijuniera f’qasam li skont hu se jkun ferm akbar mill-internet u kull teknoloġija oħra li teżisti.

I think it’s brilliant, I think it’s so smart for Malta to stake their claim on being blockchain island and becoming the first ones to figure out exactly how to regulate the whole blockchain world and if they do it right they’re gonna have amazing leadership in this world that has become now much more virtual and governments are now have to compete for all of us and so this is a really great step and I think the Maltese Government has really taken a great leap forward.

Missier Draper, kien wieħed mill-ewwel investituri fi SKYPE u ibnu spjegalna kif fil-qasam tal-blockchain, pajjiż ċkejken bħal Malta għandu vantaġġi kbar fuq pajjiżi akbar minnu.

A larger Government is harder to move, it’s like a big tanker as opposed to a little speed boat and the big tankers are harder to change and so those Governments are trying to move as quickly as they can to try to accomodate Bitcoin and Blockchain and ICOs and all new world and it’s very difficult to do. Malta is a small country and can manouvre much quicker and by having, by being a small country you are in a unique advantage to claim leadership.

Fid-dawl li pajjiżi bħall-Awstralja għadhom qed jiddiskutu li jistudjaw u jesploraw opportunitajiet li jistgħu joħorġu minn assi diġitali bħal ma hi l-Blockchain, Draper saħaq kif pajjiżna jinsab quddiem pajjiżi oħra.

Sadanittant, l-intraprenditur ta’ fama mondjali kien qed jitkellem waqt it-tnedija ta’ summit li se jsir f’pajjiżna bejn it-tlieta u l-ħamsa t’Ottubru li ġej.

Fil-bitħa ta’ Kastilja kien hemm preżenti s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, l-Ekonomija Diġitali u l-Innovazzjoni, Silvio Schembri.

Huwa tkellem dwar il-viżjoni ta’ dan il-Gvern biex pajjiżna jkun pijunier fil-qasam tal-Blockchain.

Schembri saħaq ukoll li Malta hija l-ewwel pajjiż fid-dinja b’qafas regolatorju fil-Blockchain.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend