Ikkompona mużika minn meta kellu ħames snin u aktarx li vvalenawh | One News

Notifiki

Ikkompona mużika minn meta kellu ħames snin u aktarx li vvalenawh

Wolfgang Amadeus Mozart kiteb madwar 600 silta mużikali. Biex tisma’ l-mużika kollha li kiteb trid madwar mitejn u sagħtejn b’kollox.

Fl-età ta’ 5 snin kien diġà jikkomponi u ta’ 6 snin kien qed jikkunċerta madwar l-Ewropa flimkien ma’ oħtu Anna Maria.

Mozart kien ukoll magħruf għall-memorja kbira li kellu. Madanakollu kien ftit diżorganizzat u ma kienx iżomm il-mużika li jikteb hu stess miġbura.

Għadu mhux magħruf il-kawża tal-mewt tiegħu sal-lum il-ġurnata. Jista’ jkun li kienet għira minn rivali tiegħu fil-mużika stess li waslu biex ivvalenawh. Imma xejn mhu fiċ-ċert.

Hu twieled f’Salzburg fl-1756. Ismu sħiħ Chrysostomus Wolfgangus Theophilus Mozart Amadeus ifisser imħabba ta’ Alla. Meta miet kellu 35 sena biss.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend