F’ 60 siegħa nġabru aktar minn żewġ miljuni u nofs b’riżq Puttinu – One News

Notifiki

F’ 60 siegħa nġabru aktar minn żewġ miljuni u nofs b’riżq Puttinu

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ittellgħet il-maratona ta’ Puttinu b’suċċess kbir, b’ammont kbir ta’ voluntiera li għenu biex tittella l-Maratona ta’ 60 siegħa football. Bis-sapport u l-ġenerożita tal-poplu, is-somma miġbura hija ta’ €2,507,254.

Il-programm ta’ attivitajiet jibqa’ għaddej:

Il-Ħadd, 27 ta’ Mejju, mid-9.30am ‘il quddiem: Għat-tielet sena konsekuttiva, qiegħda tiġi organizzata s-Show Kbira tal-Karozzi ġewwa l-Ħamrun mill-Kummissjoni Żgħażagħ Tamlin. Stedina għal kulħadd, speċjalment id-dilettanti tal-karozzi Amerikani, Honda, Ford, Minis, u Trakkijiet, biex iżżuru s-show fi Triq il-Kbira, il-Hamrun.

Il-Ħadd, 27 ta’ Mejju, fis-6pm: Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-ħamsin sena mit-twaqqif tiegħu, il-Viola Club Malta se jorganizza logħba ta’ ħbiberija bejn eks plejers ta’ Fiorentina u eks plejers tat-tim nazzjonali Malti, fic-Centenary Stadium, Ta’ Qali.

Għal aktar dettalji, żuru l-paġna ta’ Puttinu fuq Facebook: http://www.facebook.com/puttinucares

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend