Appoġġ mill-Gvern biex tiġi żgurata l-industrija tat-tbaħħir – One News

Notifiki

Appoġġ mill-Gvern biex tiġi żgurata l-industrija tat-tbaħħir

B’mod li jimxi mal-ħidma kontinwa tal-gvern biex ikompli javvanza l-pass sostnut li nqabad mis-settur marittimu, il-Ministru Ian Borg tkellem fl-avveniment tan-Nautical Institute, ‘Technical Seminar and AGM 2018’. Is-seminar, organizzat fuq jumejn, għandu l-parteċipazzjoni ta’ kelliema essenzjali għall-industrija tat-tbaħħir.

Il-Ministru Borg saħaq dwar l-importanza tal-promozzjoni tad-djalogu kontinwu speċjalment f’industrija li llum hi s-sinsla tal-ekonomija dinjija u mezz ewlieni għan-negozju, li tagħti trasport għal 90% tal-merkanzija madwar id-dinja. Irrefera għad-diversi investimenti li l-gvern għamel fl-industrija li ġġib valur miżjud fl-ekonomija ta’ Malta u tkellem ukoll dwar l-importanza tas-sostenibbiltà u l-għarfien ambjentali fl-operat tas-settur tat-tbaħħir filwaqt li ħeġġeġ approċċ ħolistiku fit-tmexxija tal-affarijiet marittimi.

Il-Ministru għalaq billi tenna l-impenn tal-gvern li jkompli jipprovdi l-appoġġ meħtieġ biex jiżgura l-industrija tat-tbaħħir, partikolarment fl-Ewropa, jibqa’ kompetittiv u sostenibbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend