Tmut waħda mit-tliet vittmi li salvaw | One News

Notifiki

Tmut waħda mit-tliet vittmi li salvaw

 

Kompla jiżdied in-numru ta’ nies li tilfu ħajjithom kawża tal-iktar traġedja bl-ajru mdemmija f’Kuba f’dawn l-aħħar tletin sena.

Grettel Landrove – tfajla ta’ tlieta u għoxrin sena, hija l-mija u ħdax-il vittma li ħalla miegħu t-tiġrif tal-ajruplan tal-linja tal-ajru Kubana “Cubana de Aviaciòn” l-ġimgħa li għaddiet.

L-aħbar tal-mewt tat-tfajla ġiet fl-istess jum li l-awtoritajiet fil-Messiku ssospendew l-operazzjonijiet tal-kumpanija responsabbli mill-ajruplan involut fit-traġedja.

Landrove hija waħda mit-tliet persuni li baqgħu ħajjin wara t-tiġrif tal-ajruplan, iżda tilfet il-battalja mal-mewt it-Tnejn filgħaxija; proprju tlett ijiem wara li seħħ il-każ.

Iż-żewġ persuni l-oħra li salvaw – Mailen Diaz ta’ dsatax-il sena u Emiley Sanchez ta’ disgħa u tletin sena, għadhom jinsabu f’qagħda kritika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend