Rati orħos għall-parkeġġ f’Mater Dei – One News

Notifiki

Rati orħos għall-parkeġġ f’Mater Dei

Fix-xhur li ġejjin il-pubbliku li jżur l-isptar Mater Dei mistenni jibda jħallas tariffi orħos għall-parkeġġ.

Ħabbar dan id-deputat Prim Minitru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fil-Parlament bit-tweġiba għall-mistoqsija tad-deputat Godfrey Farrugia.

Il-Ministru qal li r-rati preżenti li jvarjaw minn tmenin ċenteżmu għal aktar aktar minn erbgħa ewro huma skont il-kuntratt li daħal fis-seħħ f’Jannar tal-elfejn u tmienja.

Dr Fearne qal li skont il-kuntratt rivedut f’Jannar tal-2008, Gvern Nazzjonalista intrabat li mhux talli ma jdaħħal xejn mill-parkeġġ pubbliku tal-isptar, iżda saħansitra jħallas hu lill-kuntrattur għal servizzi u manutenzjoni tal-apparat.

Il-Ministeru għas-Saħħa żied li l-Gvern qiegħed fil-proċess li jinnegozja kuntratt ġdid għat-tmexxija tal-parkeġġi pubbliċi kollha tal-Isptar Mater Dei.

Fil-fatt, il-Ministru qal li l-kuntratt issa huwa aġġudikat u se jiżgura li l-kuntrattur ikun responsabbli mit-tmexxija kollha tal-parkeġġ, inkluż manutenzjoni tal-apparat relatat, kif ukoll jiżgura li l-Gvern ma joħroġx flus anzi jdaħħal il-flus permezz ta’ dan l-arranġament.

Fl-istess waqt il-kuntratt il-ġdid se jiggarantixxi rati orћos ta’ parkeġġ għal pubbliku.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend