Pellegrini ser jinħatar manager ta’ West Ham illum – One News

Notifiki

Pellegrini ser jinħatar manager ta’ West Ham illum

L-ex kowċ ta’ Manchester City u Real Madrid Manuel Pellegrini mistenni li jinħatar manager ta’ West Ham matul il-jum tat-Tlieta. Fit-tmiem il-ġimgħa huwa ħalla l-impjieg li kellu ma’ Hebei China Fortune u ilbieraħ ikkonkluda ma’ West Ham biex ikun is-suċċessur ta’ David Moyes.

Kienet ix-xewqa tac-chairman tal-klabb David Sullivan li jaħtar manager b’esperjenza fl-għola livell tal-futbol internazzjonali u kien għalhekk li għażel lil Arġentin ta’ 64 sena.

Il-Hammers pruvaw jaslu fi ftehim mal-manager ta’ Newcastle United Rafa Benitez iżda jidher li kienet wisq diffiċli biex l-Ispanjol jħalli lil Magpies.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend