Ġurnalist Amerikan iżur l-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST fil-Mosta – One News

Notifiki

Ġurnalist Amerikan iżur l-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST fil-Mosta

Richard Lui, ġurnalist Amerikan żar l-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST fil-Mosta, bl-għan li jkellem lill istudenti tal-medja u l-gurnalizmu, fuq l-impatt tal-istejjer tagħhom.

Lui li għandu esperjenza vasta fil-qasam tal-ġurnaliżmu iddiskuta ħafna mal-istudenti li qed jistudjaw il-Bacellerat fil-Gurnalizmu, fuq l-isfidi li qed jiffaċċja l-ġurnaliżmu fil-ġurnata tal-lum, fosthom it-thedida ta’ ahbarijiet minn sorsi mhux kredibbli.

Lui sahaq fuq l-importanza tal-valuri bażiċi li jfasslu ġurnalist tajjeb, fosthom fl-għażla tas-sorsi tal-ġurnalist, filwaqt li ta pariri li hu juża fix-xogħol tiegħu fosthom, l-użu tal-prinċipju ta’ ‘say-see, see-say’ li għalih huwa dejjem fiċ-ċentru tax-xogħol tiegħu.

Din iż-żjara ttellgħet grazzi għall-ambaxxata tal-Istati Uniti f’Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend