Mara ta’ nazzjonalità barranija residenti f’Malta ttieħdet l-isptar wara li kienet involuta f’ħabta li seħħet dalgħodu f’Belt is-Sebħ il-Furjana.
Il-każ seħħ fil-11:20 ta’ filgħodu meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn il-karozza li kienet qed issuq tat-tip smart ma’ vann Toyota misjuq minn raġel.
Il-mara ntlaqtet mill-vann fuq il-bieba tas-sewwieq jiġifieri fuq in-naħa tagħha.
Il-pulizija kif ukoll tim mediku marru minnfih fuq il-post sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei biex tingħata l-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.