L-Ariċsqof Charles Scicluna qal li avviċina lill-Provinċjal tal-Ordni Dumnikana u informah li jinsab lest biex jgħin u tinstab soluzzjoni dwar iċ-ċensura li saret b’rabta mal-kitba ta’ Patri Mark Montebello.
Fi stqarrija l-Arċisqof sostna li dan sabiex ikun jista jkompli b’kitbietu b’rispett sħiħ lejn l-impenn tiegħu tas-saċerdozju u b’lealtà lejn it-tagħlim tal-Knisja.
L-Arċisqof qal li huwa la kien infurmat u lanqas ikkonsultat bid-deċiżjoni li ttieħdet dwar Patri Mark Montebello.
L-istqarrija temmet tgħid li kull saċerdot huwa liberu li jidħol f’diskussjoni matura u sana dwar temi kurrenti.