Il-prodott imsemmi hawn taħt m’għandux jiġi kkonsmat minn persuni allerġiċi għas-sulfati, peress li t-tali addittiv instab fil-prodott imsemmi mingħajr indikazzjoni fuq it-tikketta. Ħabbar dan id-Direttorat għas-Saħħa.
Isem tal-Prodott: | Organic Chlorella Powder |
Ditta: | Naturya |
Data tad-Durabbiltà: | Best Before 31/03/2019 |
Użin: Kodiċi tal-lott: | 200g 606071 |
Peress li dan il-prodott jista’ jkun li laħaq inxtara mill-konsumatur, id-Direttorat obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.
Għal aktar informazzjoni l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar, jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook.