Kondoljanzi lill-familja tal-eks Ambaxxatur Joseph Cassar | One News

Notifiki

Kondoljanzi lill-familja tal-eks Ambaxxatur Joseph Cassar

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jagħti l-għomor lill-familja ta’ Joseph Cassar, li kien Ambaxxatur ta’ Malta għal tliet deċennji sħaħ.

Joseph Cassar serva bħala r-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Magħquda fi Vjenna, Ġinevra, u New York, u bħala Ambaxxatur ta’ Malta f’Ruma, f’Liżbona, fi Tripli, f’Beijing, u f’Moska. Meta kien Vjenna, kien ukoll wieħed mill-iprem negozjaturi ta’ Malta fil-ħidma li wasslet għall-Att Finali ta’ Ħelsinki tal-1975. Fi New York, meta kien qed iservi bħala Rappreżentant Permanenti, kien ukoll il-konsulent tal-eks Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti Guido de Marco, meta dan kien President tal-45 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Bosta diplomatiċi li llum għandhom karigi ewlenin fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, u fil-bqija tal-istruttura tal-Gvern, jiftakru lil Joseph Cassar bħala diplomatiku ħawtiel, metikoluż, u li jħobb l-affarijiet sew, kif ukoll raġel tal-affari tiegħu, li kien jispikka għall-integrità, il-valuri, ir-reżiljenza, u l-etika tax-xogħol. Il-kontribut kbir ħafna u eċċellenti li ta lid-diplomazija Maltija għaddihomlna bħala wirt li jibqa’ ħaj f’dawk kollha li ħadmu miegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend