Aġġornat bil-filmat: Mara tindarab gravi f'inċident f'San Ġiljan | One News

Notifiki

Aġġornat bil-filmat: Mara tindarab gravi f’inċident f’San Ġiljan

Żewġ persuni ndarbu f’inċident tat-traffiku li seħħ tard is-Sibt filgħaxija f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-disgħa fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġ iljan.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li kien għadu kemm seħħ impatt bejn vettura tat-tip Citroen C2 misjuqa minn mara ta’ 39 sena residenti Tas-Sliema u vettura tat-tip Mazda 323 m isjuqa minn raġel ta’ 47 sena residenti r-Rabat, Malta. Mara ta’ 44 sena residenti l-Imtarfa kienet passiġġiera fil-vettura tat-tip Mazda.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku mill-isptar Mater Dei sabiex jassistu lill-vittmi.

Ir-raġel flimkien mal-mara ta’ 44 sena ttieħdu l-Isptar sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Puliz ija fuq dan l-inċident għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend