Ayrton Attard mistenni jmur għall-prova oħra ma' Cremonese FC | One News

Notifiki

Ayrton Attard mistenni jmur għall-prova oħra ma’ Cremonese FC

L-attakant ta’ Birkirkara FC Ayrton Attard ħalla impressjoni tajba ħafna waqt ġimgħa ta’ prova mal-klabb tas-Serje B Cremonese FC.  Attard, li għandu biss 17 il-sena, ġie mistieden għal prova aktar kmieni dan ix-xahar wara li rapprezentanti tat-tim segwew lil plejer f’Malta.

Attard mistenni li jirritorna Malta llum wara nofsinhar iżda għaddejjin negozjati biex jerġa’ jmur għal prova oħra mal-istess tim f’Gunju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend