Mixja ta' solidarjetà mal-membri tal-Korp tal-Pulizija | One News

Notifiki

Mixja ta’ solidarjetà mal-membri tal-Korp tal-Pulizija

Nhar is-sibt 19 ta’ Mejju 2018 se ssir mixja ta’ solidarjetà mal-membri tal-korp tal-Pulizija ta’ Malta. Din se tibda fl-10 ta’ filgħodu u tibda minn pjazza San Ġorġ u tispiċċa quddiem il-parlament.

Fi stqarrija konġunta li ħarġu l-Police Officers Union, il-Malta Police Association u l-Malta Association of Retired Police Officers sostnew li din se ssir b’appoġġ u solidarjetà lejn il-membri tal-korp għal dak li jsofru u jgħaddu minnu kuljum sabiex jaqdu mill-aħjar li jistgħu d-doversi tagħhom.

Din il-mixja hija miftuħa għall-kulħadd.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend