Bil-filmati: L-eqdem torri f'Għawdex se jkun irrestawrat | One News

Notifiki

Bil-filmati: L-eqdem torri f’Għawdex se jkun irrestawrat

It-torri tax-Xlendi, l-eqdem torri li għadu wieqaf f’Għawdex, se jsirulu xogħlijiet ta’ restawr u konservazzjoni, filwaqt li se jitwaqqaf ċentru tal-informazzjoni għat-turisti.

Dan iċ-ċentru se jipprovdi opportunita lill-viżitaturi sabiex isiru jafu aktar dwar dan il-post militari u arkitettorali uniku, u tingħata informazzjoni li tgħinhom jiskopru aktar il-post.

It-torri se jiġi rrestawrat bil-għajnuna ta’ 284,000  ewro ġejjin minn fondi Ewropej, filwaqt li l-proġett sħiħ se jiswa ftit aktar minn tlett mija u ħamsa u ħamsin elf ewro.

It-torri tax-Xlendi nbena fiż-żmien il-ħakma tal-Kavallieri ta’ San Ġwann taħt it-tmexxija tal-Gran Mastru Lascaris fl-elf sitt mija u ħamsin.

L-iskop oriġinali tiegħu kien li jiddefendi l-Bajja tax-Xlendi mill-kuntrabandisti, pirati u dawk li jkunu qed jaħarbu minn kwarantina. Skop li żammu sal-elf tmien mija u sebgħin.

Meta x-xogħlijiet jitlestew, il-Kunsill Lokali tal-Munxar bil-kollaborazzjoni ma’ Wirt Artna, se jipprovdu lill-viżitaturi tagħrif ta’ siewi kbir fuq l-istorja tal-istess torri fil-forma ta’ vetrina statika fiċ-ċentru għall-interpretazzjoni, u kif ukoll esebizzjonijiet u rappreżentazzjonijiet ta’ ġrajjiet mill-imgħoddi.

It-torri se jħaddem l-enerġija mix-xemx permezz tal-panelli fotovoltajiċi f’interess tal-preservazzjoni tal-ambjent.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend