IL-Pulizija tappella għar-rispett u għall-privatezza ta' Simon Schembri | One News

Notifiki

IL-Pulizija tappella għar-rispett u għall-privatezza ta’ Simon Schembri

Il-Pulizija ta’ Malta qed titlob rispett mill-midja u l-pubbliku ġenerali lejn il-kuntistabbli Simon Schembri li qed jiġi rikoverat fl-isptar Mater Dei.

Wieħed jifhem it-trawma li għaddiet minnha l-familja f’dawn l-aħħar jiem u tisħaq li t-tixrid ta’ informazzjoni sensittiva u ritratti jew filmati relatati mal-każ, jistgħu jkunu ta’ detriment għall-familjari.

Din hija investigazzjoni sensittiva u l-proċeduri fil-qorti għadhom għaddejjin.

Dan intqal f’kumment li ttella’ fuq il-facebook uffiċjali tal-korp tal-pulizija.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend