Il-PL se jieħu sehem fil-mixja ta' solidarjetà mal-Pulizija | One News

Notifiki

Il-PL se jieħu sehem fil-mixja ta’ solidarjetà mal-Pulizija

Permezz ta’ delegazzjoni li tirrappreżentah il-Partit Laburista se jkun qed jieħu sehem fil-mixja ta’ solidarjetá li se ssir nhar is-Sibt wara l-inċident tal-kuntistabbli Simon Schembri.

Għalkemm instigata minn inċident li jġib kundanna u stmerrija din il-mixja għandha tkun ukoll okkażjoni unika biex il-poplu Malti juri l-apprezzament tiegħu għall-ħidma li mijiet ta’ persuni fil-forzi tal-ordni jwettqu ta’ kuljum bil-għan li jgħinu u jipproteġu ċ-ċittadini Maltin.

Xi minn daqqiet dan anke b’sagrifiċju u periklu personali.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend