Il-Partit Laburista jemmen fir-rispett dejjem | One News

Notifiki

Il-Partit Laburista jemmen fir-rispett dejjem

Inċidenti sfortunati jew atti ta’ individwi rresponsabbli qatt m’għandhom ikunu politiċizzati.

Il-Partit Laburista jieħu gost li llum anke l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, qed jgħamel din l-osservazzjoni. Dan għax mhux darba u tnejn li Beppe Fenech Adami tefa’ fl-arena politika inċidenti fejn weġgħu persuni jew każi fejn ittieħdu passi u kienu arrestati persuni. Tant li l-kumment li għamlet l-MEP Marlene Mizzi m’għandu x’jaqsam xejn ma’ dak li għamel jew kif ġab ruħu hu fl-aħħar xhur.

Il-Partit Laburista jesprimi s-solidarjetà mal-membru tal-Korp tal-Pulizija Simon Schembri u juri rispett lejh u lejn sħabu llum, daqs kemm juri matul is-sena kollha. Għax il-ħidma tal-korp tal-pulizija għandha tkun irrispettata mingħajr eċċezzjoni.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend