Il-Mellieħin maħsuda bil-mewt tat-tabib Joseph Grech-Attard | One News

Notifiki

Il-Mellieħin maħsuda bil-mewt tat-tabib Joseph Grech-Attard

Dalgħodu l-Melleħin qamu maħsuda għall-aħbar li t-tabib Joseph Grech Attard ħalla din id-dinja.

Bosta kienu l-kummenti li nkitbu fuq facebook bħala tislima u rispett lejn it-tabib tant maħbub saħanasitra żgħażagħ.

Joseph Grech Attard kien l-uniku tabib ġdid li ħareġ mal-Partit Laburista fl- elezzjoni ta’ 1981. Fl-istrajk tat-tobba hu mexxa l-isptar u wara l-elezzjoni, sar is-supretendent tal-isptar.Fost dawk li kkummentaw kien hemm ukoll il-Mellieħa Youths li sostnew li m’għandhomx kliem biex jiddeskrivu l-qalb maqsuma li għandhom. Il-Mellieha Youths irringrazzjaw lit-tabib Grech Attard ta’ kemm għamel magħhom, għallimhom u anke qatta’ żmien sabiħ magħhom fosthom waqt pantomimi u live ins u li se jgħożżu dan iż-żmien b’għożża kbira.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend