ARA: Elrow jiġi Malta | One News

Notifiki

ARA: Elrow jiġi Malta

Il-party mondjali elrow se jiddebutta hawn Malta b’avveniment f’Settembru

L-ikbar ismijiet fil-mużika elettronika se jkunu f’Uno Malta nhar il-15 ta’ Settembru.

Se jasal spettru sħiħ ta’ kuluri u ħsjejjes elettroniċi. Qed nirreferu għal elrow, id-ditta mondjali famuża, li ġejja Malta nhar is-Sibt, 15 ta’ Settembru.

Bid-debutt iseħħ f’avvniment spettakolari f’Uno Malta, din it-tħabbira timmarka spettaklu qawwi ta’ mużika house u tekno, hekk kif ismijiet kbar se jinġabru hawn Malta biex jiktbu l-istorja. Se tinħoloq atmosfera unika, bl-istil uniku psikadeliku li jafu joffru elrow. L-istorja ta’ elrow bħala kunċett tmur lura xejn inqas minn 150 sena, u spiss jiġu deskritti bħala okkażjonijiet fejn wieħed jintilef f’dinja ta’ żfin u mużika.

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-MTA, Dr. Gavin Gulia, qal li l-fatt li l-gżejjer Maltin qed jattiraw dan l-avveniment tant prestiġġjuż ifisser mertu ieħor fit-turiżmu relatat mal-festivals, li kull ma jmur qiegħed jespandi f’pajjiżna, grazzi għal ħidma bla waqfien tal-MTA u l-Ministeru għat-Turiżmua.

Il-Ministru responsabbli mit-Turiżmu, Dr Konrad Mizzi, qal li din in-niċċa fis-settur turistiku hija ideali għall-gżejjer Maltin, li huma f’pożizzjoni perfetta li joffru xeneġġaturi u temp mill-isbaħ. Dawn ir-raġunijiet, flimkien ma’ aktar konnettivita’ u aċċessibilita’ minn u lejn il-gżejjer Maltin, ifissru li eluf ta’ viżitaturi żgħażagħ mill-Ewropa u madwar id-dinja qed jiġu hawn Malta.

Il-kunċett tal-parties elrow, imniedi fl-2010, rebaħ bosta premijiet internazzjonali. Il-produzzjoni elaborata, pjattaformi interattivi u karattri partikolai mħallta mal-mużika jagħmlu l-avveniment wieħed li jattira l-attenzjoni ta’ eluf kbar madwar id-dinja. Ħafna mill-ispirazzjoni ġejja mid-dinja taċ-ċirklu, u ġeneralment il-biljetti disponibbli jinbiegħu fi ftit minuti.

Elrow għandhom post residenzjali f’Barċelona, Dubai, Madrid, New York u Ibiza. Iżda riċentement stabilixxew ruħhom ukoll f’Shanghai u f’avveniment kbir fil-Queen Elizabeth Olypic Park ta’ Londra, fejn Fatboy Slim kien protagonist.

Il-gżejjer Maltin huma popolari ferm ma’ min iħobb ix-xena tal-parties. Dan huwa biss wieħed minn sensiela ta’ avvenimenti pjanati f’Malta, li jinkludu l-Malta Music Week, Isle of MTV, Glitch u ABODE on the Rock, flimkien ma’ suċċessi li għadhom kemm seħħew, bħal Annie Mac Present Lost and Found, aktar kmmieni dan ix-xahar.

M’hemm ebda dubju li elrow Malta se jkun wieħed mill-aktar avvenimenti indimentikabbli fl-kalendarju Malti din is-sena.

Għal iktar informazzjoni, ritratti, u domandi relatati mal-mezzi tax-xandir, ikkuntattja lil [email protected] u [email protected]


Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend