Luca Crisofulli – ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, li minkejja li kien off-duty ma ħasibha xejn biex fil-mument li ttajjar il-Kunstistabbli Simon Schembri waqaf minn kollox u assistih f’mument daqstant kritiku. Azzjoni f’waqtha li kienet strumentali biex Schembri ma jitlifx ħajtu.
Is-Sur Crisofulli, pumpier stazzjonat ġewwa l-stazzjon ta’ Kordin spjega ma’ ONE News li t-Tleita li għadda, fil-ħin tal-inċident kien għaddej minn Triq Ħal Qormi bil-mutur tiegħu u ra xena li kexkxitu.
“KONT GĦADDEJ U ĦIN MINNHOM SMAJT XI MUTURI TAT-TRAFFIC TAL-PULIZIJA ĠEJJIN WARAJJA. KIENU MGĦAĠĠLIN, NEŻLIN NAQRA BIS-SAĦĦA U ASSUMEJT LI ĠARA XI ĦAĠA SAKEMM WASALT F’DIK IL-FETĦA U RAJT BNIEDEM MAL-ART. F’DAN IL-KAŻ KIEN HEMM BŻONN L-GĦAJNUNA U WAQAFT BIEX NARA KIF NISTÀ NGĦIN.”
Kien hawn li bla ma’ ħasibha darbtejn u bħala persuna mħarrġa, midd idejh biex jagħti l-assistenza lil Schembri.
“MORT ĦDEJĦ IĠIFIERI U DAK IL-ĦIN L-EWWEL ĦAĠA LI ĦASSEJT LI RRID NAGĦMEL HI LI NWAQQAF IL-BLEEDING. MORT ĦDEJĦ, BQAJT NKELLMU BIEX NŻOMMU KEMM JISTA JKUN RILASSAT U BDEJT NWAQQAFLU L-BLEEDING.”
Viżibbilment ixxukjat, Luca stqarr li kif induna li l-vittma kien Pulizija beda jġib quddiem għajnejh il-familja li seta’ ħalla warajh biex ħareġ jaqdi dmirijietu.
“TĦOSS DIK IX- XI ĦAĠA IŻJED. TIPROVA TAGĦMEL DAK L-EXTRA EFFORT GĦAX TAF LI FL-AĦĦAR MILL-AĦĦAR KIEN KOLLEGA TIEGĦI. ĦAREĠ GĦAX-XOGĦOL, JISTA JKOLLU FAMILJA KIF INHU L-KAŻ ALLURA TĦOSS IKTAR.”
Bħala membru tal-Korpi Dixxiplinati f’pajjiżna, Luca appella għal iżjed rispett lejn dawk li ta’ kuljum ipoġġu ħajjithom fil-periklu bil-għan li jipproteġu s-soċjeta.
“IKTAR RISPETT LEJN IL-PULIZIJA SPEĊJALMENT GĦAX IL-KAŻ LI ĠARA NVOLVA L-PULIZIJA. HUMA XOGĦOLIJIET TA’ RISKJU U ĦAFNA DRABI ĊERTU KUMMENTI FUQ SOCIAL MEDIA FORSI JOQGĦODU DAQXEJN IŻJED KAWTI.”
Intant f’intervent waqt il-programm pjazza il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li għaddej b’konsultazzjonijiet mal-Kummissarju biex jissaħħu l-pieni kontra min iwettaq atti fil-konfront tal-Pulizija.
Żied jgħid li għaddej ix-xogħol biex isir proġett pilota li permezz tiegħu il-Pulizija tat-traffiku jingħataw il-body cams kif ukoll jiżdiedu l-ammont ta’ vetturi fit-triq mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit.
B’rabta ma’ dan il-każ, il-Pulizija talbet għar-rispett mill-midja u l-pubbliku ġenerali lejn il-kuntistabbli Simon Schembri li qed jiġi rikoverat fl-isptar Mater Dei.
Intant dan l-inċident għaqqad ukoll lit-tliet union tal-Pulizija li ħabbru li s-Sibt li ġej se ssir mixja fil-Belt biex jintbagħat messaġġ ta’ solidarjeta lill-pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.