Buffon mhux lest li jirtira għal kollox mill-futbol | One News

Notifiki

Buffon mhux lest li jirtira għal kollox mill-futbol

L-ikona tal-futbol Gianluigi Buffon, f’konferenza llum ħabbar li dan huwa l-aħħar staġun tiegħu mat-tim ta’ Juventus kif ukoll mat-tim tan-Nazzjonal madankollu għadu mhuwiex lest li jirtira għal kollox mill-futbol.

Huwa tenna kif il-konfront ta’ nhar is-Sibt li ġej kontra l-Hellas Verona ser tkun l-aħħar logħba tiegħu wara totall ta’ sbatax-il staġun mal-‘Bianconeri’. Madankollu b’sorpiża spjega kif għadu jrid jiddeċiedi dwar il-futur tal-karriera tiegħu fil-futbol.

Dan hekk kif żvela li fl-aħħar ġimgħatejn biddel fhemtu wara li ġie offrut numru ta’ offerti sabiex jilgħab ma timijiet oħra. Huwa tenna li għalissa ser iħalli dawn it-tlett ijiem jgħaddu umbad jiffoka sabiex jagħmel deċiżjoni defenittiva dwar il-futur tiegħu. Buffon beda’ l-karriera tiegħu mat-tim ta’ Parma u lagħab fl-ewwel logħba tiegħu lura fl-1995. Buffon ingħaqad mat-tim ta’ Juventus fl-2001.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend