Wara ftit aktar minn 24 siegħa minn x’ħin seħħ l-inċident li fih il-Kuntistabbli Simon Schembri ndarab gravi, issa beda jokkomunika mal-familja tiegħu.
Dan hekk kif jidher li l-Kuntistabbli Schembri qed jaqleb għall-aħjar minkejja li għadu f’qagħda kritika u jinsab rikoverat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Kmieni lbieraħ filgħodu Schembri safa mtajjar minn żagħżugħ ta’ 17-il sena, li l-Erbgħa waranofsinhar tressaq il-Qorti mixli b’xejn anqas minn 23 akkuża fosthom b’attentat ta’ qtil. Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u jinsab arrestat fil-ħabs ta’ Kordin.
Il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontrih se tibda tinstema’ fl-aħħar tax-xahar quddiem il-Maġistrat Joseph Mifsud.