Vann u karozza kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Għajnsielem.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:00 fi Triq tax-Xatt f’Għajnsielem meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn vann u karozza.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ittieħdet persuna l-isptar.
Fortunatament il-persuna ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief.
Ritratt: R Pisani