Qormi FC jkomplu jsolvu l-problemi finanzjarji | One News

Notifiki

Qormi FC jkomplu jsolvu l-problemi finanzjarji

Wara li ftit tal-jiem ilu Qormi FC waslu fi ftehim mal-ex president tagħhom Redino Apap, ftehim li wassal sabiex jaqa’ s-sekwestru li kienu hemm fuq il-klabb, ilbieraħ filgħaxija ġiet riżolta wkoll l-problema mal-ex difensur tat-tim Clifford Gauci.

Gauci u Qormi, mmexxija mill-president Victor Camilleri, iltaqgħu quddiem il-bord tal-appelli tal-MFA b’Qormi ħallsu l-pagamenti pendenti u għalhekk ma fadlilhom ebda dejn ieħor ma’ ebda plejer li fil-passat kien jilgħab bil-flok ta’ Qormi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend