Paul Zammit iffirma kuntratt ġdid ta' 3 snin ma' Birkirkara FC | One News

Notifiki

Paul Zammit iffirma kuntratt ġdid ta’ 3 snin ma’ Birkirkara FC

Birkirkara FC ħabbru li l-kowċ Paul Zammit iffirma kuntratt ġdid ta’ tliet snin mal-klabb biex b’hekk issa Zammit huwa marbut ma’ Birkirkara sal-2021 / 2022.  Zammit ser jkun assistit minn Mark Buttigieg u Godfrey Grima filwaqt li Ruben Debono ser jibqa’ l-kowċ tal-goalers.

L-istripes huma kuntenti bl-istaff tekniku tat-tim speċjalment wara li intlaħqet il-mira prinċipali tal-istaġun, dik li jirritornaw jilagħbu f’kompetizzjoni ewropea.

Birkirkara ħabbru ukoll l-akkwist ta’ physical trainer ġdid: Marco Cesar. Zammit u Cesar diġà ħadmu flimkien din id-darba ma’ Valletta FC ftit tas-snin ilu.

Michael Valencia ġie ikkonfermat ukoll bħala direttur tekniku tat-tim.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend