Jinqatlu 55 persuna fl-Istrixxa ta' Gaza – mistennija aktar protesti | One News

Notifiki

Jinqatlu 55 persuna fl-Istrixxa ta’ Gaza – mistennija aktar protesti

Protesti ġodda kontra l-Iżrael huma mistennija fit-territorji Palestinjani, jum wara li suldati Iżraeliti qatlu ħamsa u ħamsin persuna fl-Istrixxa ta’ Gaza.

Il-jum tat-Tlieta mmarka s-sebgħin anniversarju ta’ dak li l-Palestinjani isejħu Nakba, jew Katastrofi, meta eluf ħarbu waqt il-ħolqien ta’ Iżrael fl-1948.

It-tensjonijiet mistennija jkunu għolja f’Gaza, fejn dawk maqtula fil-jum tat-Tnejn se jindifnu.

Il-vjolenza bdiet hekk kif l-Istati Uniti lestew iċ-ċaqlieqa tal-ambaxxata lejn Ġerusalemm minn Tel Aviv.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend