JINĦELES MINN AKKUŻI TA’ STUPRU – One News

Notifiki

JINĦELES MINN AKKUŻI TA’ STUPRU

Missier żagħżugħ minn Ħal Tarxien inħeles minn kull akkużi fosthom li stupra u uzu l-vjolenza fuq martu, ħafna drabi fil-preżenza tat-tifel tagħhom ta’ erbatax-il xahar, kif ukoll li ġar sikkina fuqu mingħajr liċenzja.

L-allegat kaz ġara f’Jannar tal-2012 meta r-raġel prova jagħti daqqa ta’ sikkina lil mara fit-tlieta ta’ filgħodu wara li rrifjutat li tmur tistad miegħu. Il-mara marret l-għassa tal-pulizija ta’ raħal ġdid u magħha ħadet lit-tifel.

Il-mara marret iċ-ċentru tas-saħħa fejn ma rriżulta li kellha l-ebda daqqiet.

Hija allegat ukoll li raġel prova jisfurzaha li tagħmel attivitajiet sesswali miegħu.

Meta semgħet ix-xhieda tagħha l-Maġistrat Audrey Demicoli qajmet dubji dwar il-kredibilità tal-mara u li ma kien hemm ebda evidenza medika li tipprova dak li qalet.

Fid-dawl ta’ dan, il-qorti lliberat lill-missier żagħżugħ minn kull akkuża miġjuba kontrih.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend