Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista jniedi Valletta 2018 f'Ateni, il-Greċja  | One News

Notifiki

Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista jniedi Valletta 2018 f’Ateni, il-Greċja 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista nieda Valletta 2018 fil-kapitali Griega flimkien maċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef, iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall u l-Ambaxxatur Malti għall-Greċja Joseph Cuschieri.

It-tnedija laħqet il-qofol tagħha b’kunċert kollaborattiv bejn is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Karmnu tal-Balluta u baned lokali Griegi fil-Pjazza Kotzias f’Ateni u li għalih kien hemm preżenti l-Ministru Griega għall-Kultura u Sports Lydia Koniordu u s-Sindku ta’ Ateni Girgios Kaminis.

“Irridu nużaw l-opportunità preżenti biex niżguraw li l-Kapitali Ewropea tal-Kultura ma tibqax sempliċiment kunċett Ewropew iżda kisba iktar wiesgħa minħabba l-fatt li qed ngħixu f’villaġġ globali”, qal Deo Debattista.

Saru wkoll diskussjonijiet bilaterali bejn id-delegazzjoni Maltija, il-Ministeru Grieg għall-Kultura u Sports u l-Kunsill Lokali ta’ Ateni dwar ir-relazzjoni bejn Malta u l-Greċja u Elefsina 2021 – il-Kapitali Ewropea tal-Kultura Griega, fost l-oħrajn.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend