Inqabad ix-xufier tal-karozza li saq fuq Pulizija tat-Traffiku f’ Ħal Luqa. Huwa ġie arrestat limiti tas-Siġġiewi f’Ta’ Kandja.
Xhieda fuq il-post qalu li x-xufier li għandu sbatax-il sena ġie arrestat wara li ġie ċċirkondat mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u xi membri tal-Special Intervention Unit.