ARA: WIĊĊ ĠDID GĦAL MALTA B’INVESTIMENT TA’ €700 MILJUN – One News

ARA: WIĊĊ ĠDID GĦAL MALTA B’INVESTIMENT TA’ €700 MILJUN

Il-Gvern ħabbar it-twaqqif tal-aġenzija Infrastruttura Malta li ser tieħu f’idejha r-responsabiltá li twettaq l-akbar wegħda tal-programm elettorali li tibni t-toroq kollha ta’ pajjiżna b’nefqa ta’ seba’ mitt miljun fuq perjodu ta’ seba’ snin.

Ir-responsabilitá tal-implimentazzjoni tal-proġetti infrastrutturali, li sa issa kienet f’idejn Transport Malta tvarja mill-bini, immaniġjar, titjib u manutenzjoni tat-toroq arterjali, residenzjali u rurali kif ukoll minn infrastruttura pubblika oħra fil-Gżejjer Maltin. Bl-ewwel prioritá tkun mija u sittin triq residenzjali li qatt ma nbnew.

Il-Ministru Ian Borg qal ma’ ONE News li din l-aġenzija ser tara l-kordinazzjoni tax-xogħol biex il-proġetti jkunu implimentati fil-ħin u bl-aħjar kwalitá possibbli.

Il-Ministru Borg spjega li din l-aġenzija l-ġdida ser tieħu wkoll ir-responsabilitá tat-toroq fil-gżira Għawdxija.

Huwa assigura li din l-entità ser tkun iċ-ċavetta biex il-problemi li kienu jwasslu għad-dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġetti, jiġu eliminati darba għal dejjem. Dan hekk kif l-aġenzija ser tkun entita waħda li tassumi r-responsabilitá kollha kemm hi.

Dr Borg spjega li l-implimentazjoni tal-proġetti tat-toroq ser ikunu f’qafas iżjed serju waqt li se tingħata l-attenzjoni meħtieġa gżal innovazzjonijet importanti fosthom disinn ta’ toroq iżjed siguri u tnaqqis fl-emissjonijiet.

Il-Ministru żied jgħid li Transport Malta se jkollha r-responsabilitá tal-awditjar u r-regolarizzazjoni u se tara li tiżdied it-trasparenza u l-eċċellenza f’kull proġett.

 

Ta’ QabelLi Jmiss