Il-Kuntistabbli Simon Schembri huwa l-vittma tal-inċident li ġara dalgħodu meta ġuvni ta’ sbatax-il sena allegatament saq għal fuqu u kaxkru tul Triq Ħal Farruġ waqt il-qadi ta’ dmirijietu.
One News jinsab informat li l-Pulizija waqqfu biex jitolbu xi dokumenti. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Kienu bosta l-kollegi ta’ dan il-Pulizija li esprimew solidarjetá miegħu permezz ta’ messaġġi fuq il-midja soċjali u talbu li ssir ġustizzja.
Schembri huwa kuntistabbli rispettat ferm mill-kollegi u s-superjuri tiegħu u għandu snin twal ta’ esperjenza fit-Taqsima tat-Traffiku.
Fi tweet il-Prim Ministru Joseph Muscat esprima s-solidarjetà tiegħu mal-kuntistabbli Schembri. Huwa esprima wkoll is-sodisfazzjon tiegħu li l-allegat aggressur diġà nqabad mill-pulizija.
Solidarity with @MaltaPolice officer who was seriously injured in a hit-and-run incident while on traffic management duties. Glad alleged perpetrator has already been apprehended -JM @dr_micfarr
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) May 15, 2018
Ara wkoll: http://www.one.com.mt/2018/05/15/pulizija-bil-mutur-jittajjar-fhal-luqa/
http://www.one.com.mt/2018/05/15/esklussiva-ara-l-mument-li-gie-arrestat-iz-zaghzugh-li-saq-fuq-pulizija-f-hal-luqa/