Il-Prim Ministru jilqa' lil Christabelle f'Kastilja | One News

Notifiki

Il-Prim Ministru jilqa’ lil Christabelle f’Kastilja

Jum wara li waslet lura f’pajjiżna, f’Kastilja, il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-ambaxxatriċi Maltija tal-Eurovision Christabelle Borg.

F’kummenti ma’ ONE News wara l-laqgħa li kellha mal-Prim Ministru, Christabelle qalet li l-esperjenza fil-Eurovision, żgur li mhux se timmarka t-tmiem tal-vjaġġ mużikali tagħha.

Għas-segwaċi tagħha wegħdet sajf mimli mużika u ħidma fuq kanzunetti ġodda.

 

Christabelle qalet li “Mhix faċli li tgħaddi minn dik l-esperjenza pero ħdimna ħafna t-tim kollu kif ukoll jiena. Tlajna fuq dak il-palk, tajba prestazzjoni tajba u nħoss li ma stajniex nagħmlu iktar milli għamilna. Nirringrazzja lin-nies kollha tas-sapport u I hope li għamilthom kburin li jien irrapreżentajt lil Malta, jibqgħu hemmhekk għax din hija responsabilta kbira li ħadt f’idejja biex nitkellem fuq it-taboo tas-saħħa mentali u l-ħidma tiegħi mhux se tieqaf hawn.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend