Andrea Pisanu l-favorit li jieħu f'idu t-tim tal-Hibernians | One News

Notifiki

Andrea Pisanu l-favorit li jieħu f’idu t-tim tal-Hibernians

It-Taljan Andrea Pisanu huwa l-favorit li jieħu f’idu t-tmexxija ta’ Hibernians. Sorsi viċin L-Argument sostnew li ż-żewġ partijiet iltaqaw fil-jiem li għaddew u jidher li kważi intlaħaq ftehim biex Pisanu jibda jmexxi lil Hibernians.

Pisanu mhuwiex wiċċ ġdid għall-futbol Malti hekk kif lagħab ma’ Sliema Wanderers u matul l-istaġun li għadda mexxa lil Melita fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni.

Mario Muscat, li mexxa lil Hibernians fl-aħħar logħbiet tal-kampjonat li għadda, mistenni li jkun qed jassisti lill-istess Pisanu.

Hibernians mhux ser ikunu impenjati matul is-sajf f’kompetizzjoni Ewropea wara li fallew milli jispiċċaw mal-ewwel erba’ postijiet fil-Kampjonat Premier.

Intant Hibernians taw ir-release lid-difensur mill-Guinea Rui Fernando da Garcia Gomez.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend