Gvern tas-serħan il-moħħ | One News

Notifiki

Gvern tas-serħan il-moħħ

Joseph Muscat dalgħodu f’ Tas-Sliema spjega kif f’pajjiżi oħra d-deċiżjoni tal-gvern Amerikan li joħroġ mill-ftehim mal-Iran ħalliet diskussjoni dwar kif il-prezz taż-żejt tela’ fl-ogħla livell tiegħu għal snin sħaħ. Dan bl-effett li kumpaniji tal-enerġija madwar id-dinja qed jaraw kif fi żmien li ġej se jkollhom iżidu mill-ġdid il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Il-Prim Ministru esprima x-xewqa li l-kunċett ta’ stabbiltà jkun mifrux fuq affarijiet oħra fosthom il-prezz tal-fjuwil. Tkellem dwar kif bħala pajjiż diġa’ rnexxielna nżommu prezz tal-fjuwil baxx għal ħafna żmien u l-gvern qed jipprova jgħamilha mill-ġdid.

“Dak li qed nipprovaw nagħtu hu s-serħan il-moħħ,” qal il-Prim Ministru. Spjega kif dan il-prinċipju jrid jgħodd ukoll għall-isfida tal-housing. Għal darb oħra Joseph Muscat reġa’ tenna kif il-Gvern ma jistax jippretendi li jkun galantom bi flus in-nies u kif il-postijiet il-ġodda tal-housing se jitħaddmu regoli ġodda għax lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajna rridu nħallulhom suċċess u mhux l-istess sfidi li għandna llum.

“Għalhekk hemm il-ħeġġa li nkomplu mexjin ‘il quddiem,” qal Joseph Muscat li spjega kif kruċjali għal dan kollu hija l-għaqda li teżisti fil-Partit Laburista.

Joseph Muscat qal li l-Partit Laburista jibqa’ dejjem l-underdog fl-istorja għax kull triq li ffaċjaja qatt ma kienet faċli. “Aħna sibna tlajja u ħotob. Iżda, iktar ma tkun wieqfa t-tela aktar nitilgħu niġru,” qal Joseph Muscat li tkellem dwar ix-xogħol li hemm għas-sena d-dieħla fejn se jkun hemm elezzjonijiet lokali u tal-Parlament Ewropew.

Imma iktar importanti minn hekk kif se nkomplu nidderiġu lill-pajjiżna biex ikollna Malta ta’ Għada,” temm jgħid Joseph Muscat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend