Anzjan ta’ 80 sena residenti Raħal Ġdid sofra ġrieħi gravi wara li ttajjar minn anzjan ieħor ta’ 76 sena fi Vjal it-28 t’April, f’ Raħal Ġdid stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu fejn il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħħa. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-vittma ta’ 80 sena ttajjar minn anzjan ieħor ta’ 76 sena residenti s-Siġġiewi li kien qed isuq vettura tal-għamla Kia Rio.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassisti l-vittma fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijet tal-Pulizija għadhom għaddejin.