Aktar għajnuna għall-għaqdiet volontarji f'Għawdex | One News

Notifiki

Aktar għajnuna għall-għaqdiet volontarji f’Għawdex

Dsatax-il għaqda volontarja ibbenefikaw minn kważi disgħin elf ewro biex iwettqu numru ta’ inizjattivi, proġetti żgħar u avvenimenti fil-komunità.

L-għaqdiet li huma għaqdiet kulturali, soċjetajiet mużikali, għaqdiet li jqajmu kuxjenza dwar kundizzjonijiet soċjali u mediċi u fil-qasam tal-ambjent ikkwalifikaw taħt l-iskema Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Scheme.

Fl-iffirmar ta’ dawn l-għotjiet, kien spjegat kif dsatax-il għaqda ntagħżlu minn sitta u tlettin sottomissjoni biex jirċievu għajnuna massima sa ħames t’elef ewro.

Dan fi proċess ta’ għażla li sar bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.

Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana qalet kif din l-iskema tagħmel parti minn kulluna ta’ inizjattivi u proġetti miġbura taħt Proġett Għawdex, li għandha l-għan li ssaħħaħ it-tessut soċjali, kulturali, ekonomiku u ambjentali Għawdxi.

Hija rringrazzjat lil kull għaqda volontarja li pparteċipat f’din l-iskema, u faħħret l-irwol siewi u l-impenn tagħhom fil-komunità.

Fakkret ukoll li l-Gvern huwa impenjat li jkompli jgħin fis-settur tal-volontarjat kemm f’Għawdex u kif ukoll f’Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend