Tnejn mejta f'attakk bis-skieken f'Pariġi | One News

Notifiki

Tnejn mejta f’attakk bis-skieken f’Pariġi

Persuna nqaltet u ħamsa ndarbu f’attakk bis-skieken fil-kapitali Franċiża Pariġi.

L-aggressur – li għadu mhux identifikat – inqatel mill-Pulizija wara li sparaw fuqu.

Tnejn mill-midruba jinsabu f’qagħda kritika.

L-attakk seħħ fid-distrett t’Opera fiċ-ċentru ta’ Pariġi – li hu magħruf ħafna għall-ħajja li fih filgħaxijiet u li jattira eluf ta’ turisti minn madwar id-dinja.

Xhieda fuq il-post qalu li kien hemm paniku kbir, u ddeskrivew xena ta’ kaos b’nies jippruvaw jistaħbew f’ristoranti u ħwienet fil-viċinanzi.

Il-mottiv wara l-attakk għadu mhux magħruf.

Franza kienet fil-mira t’attakki terroristiċi għal diversi drabi tul dawn l-aħħar tliet snin; bil-maġġoranza tagħhom refgħu r-responsabbiltà għalihom l-hekk imsejħa Militanti tal-Istat Iżlamiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend