Soares jiffirma kuntratt ta' sentejn ma' Gżira | One News

Notifiki

Soares jiffirma kuntratt ta’ sentejn ma’ Gżira

Gżira kkonfermaw l-akkwist tad-difensur Brażiljan Rodolfo Soares. Soares, li għandu 32 sena, lagħab għal 7 snin ma’ Hibernians fejn magħhom rebaħ żewġ kampjonati kif ukoll darbtejn l-FA Trophy.

Minn informazzjoni li għandu One Sport, Soares wasal fi ftehim ma’ Hibernians biex jinħall mill-kuntratt li kellu qabel seta’ jingħaqad ma’ Gżira.

Soares iffirma kuntratt ta’ sentejn ma’ Gżira dalgħodu fil-preżenza tal-President tal-klabb Sharlon Pace u l-kowċ Darren Abdilla.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend