Aleko Phandevi ta’ 35 sena tressaq il-Qorti akkużat b’diversi serqiet.
Fost oħrajn ġie akkużat b’serq ta’ arloġġi tal-idejn mill-istabbiliment Sterling Jewellers fil-Belt Valletta. Każ li seħħ fl-elfejn u għaxra.
Ġie akkużat ukoll b’serq ta’ diversi flus kontanti u oġġetti minn appartament f’San Ġwann.
Il-Qorti ppresesuta mill-Maġistrat Ian Farrugia ċaħdet din it-talba minħabba l-gravità tal-akkużi, u minħabba n-nuqqas ta’ rabta li l-akkuzat għandu ma’ pajjiżna.