Reġa' spiċċa l-ħabs 3 xhur biss wara li ħareġ | One News

Notifiki

Reġa’ spiċċa l-ħabs 3 xhur biss wara li ħareġ

Ivan Galea ta’ 43 sena, mill-Belt Valletta magħruf bħala Nikita reġa’ spiċċa l-ħabs wara li l-Erbgħa li għadda seraq minn żewġ karozzi fejn ħa minnhom żewġ mobile phones, flus u anke kartieri.

Il-każ seħħ tliet xhur biss wara li ħareġ mill-ħabs.

Galea li xellef difrejh bosta drabi mal-ġustizzjaammetta l-akkużi miġjuba kontrieh.

Fil-qorti l-ispettur Jeffrey Scicluna qal li t-tfittxija għas-suspettat bdiet wara li l-pulizija waslitilhainformazzjoni anonima.

Galea ġie arrestat waqt li fuqu kellu basket li fih kien hemm waħda mill-kartieri misruqa li s-sid ħalla fil-karozza pparkjata f’Sant’Iermu waqt li kien qed jaqdi dmiru bħala fotografu.

L-istess fotografu nsteraqlu wkoll il-mobile tiegħu.

Il-Maġistrat Josette Demicoli ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest biex jiġu ssodisfati l-garanziji mitluba mil-liġi. Il-Qorti talbet superviżjoni temporanja kif ukoll għajnuna lill-akkużat biex jeħles mill-problema tad-droga.

Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest ta’ Galea wara li l-akkużat kien reċediv sa mill-1998.

Għandek problema ta’ dipendenza. Trid taħdem fuqha. Kif taħdem fuq din il-problema se taffettwa s-sentenza tiegħek. Kollox jiddependi minnek u kif se timxi…Hekk saħqet il-Maġistrat Demicoli, b’omm l-akkużat tħares lejn binha b’għajnejha miksura.

L-avukati Franco Debono u Yanika Vidal deheru għall-akkużat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend