Pani, Romoa, Calistus u Umeh mhux fil-pjannijiet ta' Valletta FC | One News

Notifiki

Pani, Romoa, Calistus u Umeh mhux fil-pjannijiet ta’ Valletta FC

ONE Sport jinsab infurmat li t-tim ta’ Valletta mhux ser iġeddu l-kuntratti tal-midfielder Taljan Claudio Pani, id-difensur laterali Romeu Romao u l-midfielder Nigerjan Uchenna Calistus Umeh.  Dawn it-tlett plejers tilfu posthom fit-tieni parti tal-istagun fit-tim immexxi minn Danilo Doncic u għalhekk ma ġewx offruti kuntratti godda.

Minn naha l-ohra l-attakant internazzjonali tal-Estonja Albert Prosa wasal fi ftehim maċ-ċampjins Valletta sabiex jinħall mill-kuntratt li kellu mat-tim wara biss ħames xhur. Prosa ftit li xejn sab spazzju fit-tim ta’ Valletta u għalhekk jidher li ż-żewg partijiet qablu li jinħallu minn kull rabta li kien hemm bejniethom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend