Illejla ssir edizzjoni oħra tal-MFA Awards | One News

Notifiki

Illejla ssir edizzjoni oħra tal-MFA Awards

Illejla f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi ssir edizzjoni oħra tal-MFA Awards; serata li fiha jiġu ppremjati kowcis, plejers u timijiet li matul l-istaġun 2017 / 2018 spikkaw.

Fost l-unuri li jingħataw illejla insibu dak tal-aħjar skorer f’kull diviżjoni, l-aħjar kowċ tas-sena, l-isbaħ goal tal-istaġun, l-President’s Award u l-aktar wieħed mistenni jkun l-Football of the Year bil-plejers li għamluha għal fażi finali jkunu Andrew Cohen ta’ Gzira, Paul Fenech ta’ Balzan, Jake Grech ta’ Birkirkara, Steve Pisani ta’ Floriana u Andre’ Schembri ta’ Apollon Limassol.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend