Il-Gvern jagħti sit lill-AAA biex isir santwarju għall-annimali abbandunati | One News

Notifiki

Il-Gvern jagħti sit lill-AAA biex isir santwarju għall-annimali abbandunati

Binja li għal snin twal kienet stazzjon tar-radju f’Ħal Far, se tibda sservi bħala s-santwarju l-ġdid għall-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati.

Dan wara li s-sena li għaddiet l-AAA kellha tirritorna ċ-ċwievet ta’ binja li kienet ilha tokkupa għal tlettax-il sena fil-Marsa wara li s-sidien talbu lura l-proprjetà mikrija.

Waqt żjara fuq il-lant tax-xogħol, il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal li wara li l-Gvern għadda l-proprjetà lill-AAA, għaddej proġett biex il-proprjetà f’Ħal Far jinbidel f’post bi standards għoljin b’faċilitajiet varji.

Ix-xogħlijiet ta’ rinovar qegħdin isiru b’investiment konġunt bejn l-assoċjazzjoni u sostenn qawwi tal-Gvern b’ammont ta’ fondi f’xogħol li qiegħed isir mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura.

Fost oħrajn għaddej xogħol biex il-faċilità jkollha water heaters, aluminum, gradi tal-ħadid, lqugħ għall-annimali u sistemi tal-ilma u waterproofing.

Rosalind Gauci, l-amministratur tas-santwarju qalet li hekk kif tfaċċat il-problema li kienet se tħallihom mingħajr saqaf fuq rashom,  is-sostenn tal-Gvern kien rigal għall-annimali abbandunati kollha.

Aħna ilna nikru s-santwarju mingħand il-privat pero l-privat se jiġi żviluppat allura tlifna s-santwarju. ingħatajna s-sena l-oħra dan il-post. ta’ dan grati ħafna għax biex nlaħħqu, diġa iebsa. li joħdilna dawn il-proġetti fidejh huwa rigal kbir għalina u għall-annimali abbandunati kollha li għandna f’dan is-santwarju.

Rosalind spjegat ma’ ONE News li dan is-santwarju se jkun l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’pajjiżna, mgħammar bl-aqwa teknoloġiji preżenti biex jilqà fih mal-mitt kelb.

dan is-santwarju se jkun state of the art. santwarju kif suppost. il-pjanti kkupjajnihom skond is-santwarji ta’ barra u skond l-animal welfare act ta’ malta. se jkollna reception, kwarantina, isolation area, clinic room, store room. housing area għall klieb iż-żgħar u oħra għall-kbar. se jkun eżatt kif suppost.

Il-Ministru Borg stqarr li l-għajnuna infrastrutturali f’dan il-proġett qed iservi ta’ leħen għall-annimali li jbatu fis-silenzju.

Il-ħidma tagħna fil-qasam infrastrutturali mhix biss il-proġetti l-kbar li jiswew il-miljuni. hawnhekk qiegħdin nintervjenu flimkien mal-aaa li qiegħda taħdem sabiex tagħti l-assistenza lill dawn l-annimali u l-gvern wera l-commitment tiegħu.

Ta’ kull sena, l-AAA tilqa’ fi ħdana mal-mitt kelb li jkunu sfaw maħqura jew abbandunati. Dan sabiex ttihom il-kura u l-imħabba li jixraqilhom sakemm isibu xi ħadd li jaddotahom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend