Transport Malta ser tagħmel xogħol t’asfaltar f’parti minn Triq il-Kanun Santa Venera, fiż-żewġ direzzjonijiet.
Ix-xogħlijiet ser jibdew illejla fit-8.00 ta’ filgħaxija sal-5.00 ta’ filgħodu u jkomplu għaddejjin fl-iljieli ta’ wara. Waqt ix-xogħol, din il-parti tat-triq ser tkun magħluqa kompletament għat-traffiku. Matul il-jum ser isiru xi xogħlijiet żgħar imma t-triq ser tkun aċċessibbli għat-traffiku f’kull direzzjoni.
Transport Malta qed tħeġġeġ lis-sewwieqa biex jużaw toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet mill-uffiċjali fuq il-post. L-Awtorita’ tħeġġeg għal sewqan b’attenzjoni għas-sigurta’ tagħhom u tal-ħaddiema.