Simon Busuttil kien ċar… kontra iktar għajnuna lill-koppji infertili | One News

Notifiki

Simon Busuttil kien ċar… kontra iktar għajnuna lill-koppji infertili

 

Jipprova kemm jipprova jiġbor ġiehu, id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil, kien ċar. Fil-parlament, meta qara diskors preparat, inqabad x’jemmen tassew.

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal kif fil-parlament Simon Busuttil tkellem dwar l-emendi kollha għall-liġi tal-IVF fosthom l-iffriżar tal-embrijuni, prinċipju li diġa’ jinsab fil-liġi u d-donazzjoni tal-bajda u l-isperma.

Qal li wara li lbieraħ kien espost bħala insensittiv għal weġgħat ta’ bosta prova jagħti x’jifhem li hu kien qed jitkellem dwar id-diskussjoni li għad trid issir fuq is-surrogacy. Din gidba mill-bida sal-aħħar.

Traskrizzjoni ta’ dak li qal turi li Busuttil turi li qal li wieħed ma jistax jippretendi soluzzjonijiet jekk in-natura qaltlu le. Hu qal dan fil-konklużjoni ġenerali għad-diskors li fiha attakka l-bidliet kollha proposti.  Busuttil qal hekk:

“Sur President, tgħamilli sinjal li skada l-ħin u ngħalaq b’dan il-kumment. Jien mill-ġdid nerġa’ nappella lill-gvern sabiex jerġa’ jaħsibha u ma jgħaġġilx. Din hi liġi sensittiva mmens li anke dawk fostna li huma ħafna, bħali, favur il-libertajiet ċivili għandhom diffikultajiet kbar u kif inhi se jivvotaw kontra. Jien nappella lill-gvern jieħu l-parir ġenwin tal-President tar-Repubblika biex jieqaf u jikkonsulta. Infakkru li aħna leġiżlaturi. Aħna m’aħniex Allat. Ma nistgħux aħna ngħamlu affarijiet li huma akbar minna. Bħal ma nagħtu xi dritt li jkollok tarbija meta la n-natura u lanqas alla ma jagħtuilek.”

Sostna li jekk hawn xi ħadd li jipprova joħloq spin il-ħin kollu huwa l-istess Simon Busuttil. Tant li mar fil-Parlament jgħid kemm ħadem għall-ugwaljanza. Anke jekk Malta kollha taf li fl-ikbar prova li kellu dwar il-kwistjoni ta’ ugwaljanza, il-vot tal-unjoni ċivili, kien ħasel idu u astjena. Simon Busuttil ma jistax jitwemmen. Simon Busuttil kien u għadu insensittiv għal ħtiġijiet ta’ persuni Maltin. Il-Partit Laburista se joffri soluzzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend