Luke Cassar, żagħżugħ Malti, ħabbar kif issa se jibda jgħix il-ħolma tiegħu wara li ġie magħżul għal parti f’Mamma Mia fuq cruise liner Amerikan, ir-Royal Caribbean International.
Spjega kif hu se jkun qed jagħmel il-parti ta’ Eddie u li ġimgħa oħra sejjer jgħix Miami.
Fuq Facebook hu kiteb kif jinsab ferm eċitat hekk kif il-ħolma tiegħu qed issir realtà u li jinsab lest biex jagħmel l-almu tiegħu għal dan l-irwol.