€70,000 għal ħames proġetti ta’ restawr – One News

Notifiki

€70,000 għal ħames proġetti ta’ restawr

L-Awtorità tal-Ippjanar se tkun qed tkompli l-ħidma tagħha sabiex tappoġġja u tiffinanzja proġetti urbani li ġew proposti minn kunsilli lokali sabiex itejbu l-ħajja tar-residenti fil-lokal. Dan hekk kif l-Awtorità ffirmat ftehim ma’ ħames kunsilli lokali għal proġetti li jammontaw għal aktar minn €70,000.

Fil-lokalità taż-Żejtun, l-Awtorità tal-Ippjanar, se tkun qed tiffinanzja proġett ta’ restawrazzjoni fuq binja ta’ stil barokk b’niċċa ddedikata għal San Ġużepp.

Xogħlijiet ta’ pavimentar se jkunu qed isiru fi Triq il-Kalati f’Sannat f’Għawdex sabiex issebbaħ din it-triq id-dejqa u tkun aktar aċċessibbli

Se jkunu qed jinħolqu faċilitajiet pubbliċi f’Misraħ iż-Żernieq f’Kirkop. Din hi żona li tiġi ffrekwentata minn bosta persuni, fejn hemm bżonn li jsiru faċilitajiet bażiċi sabiex jassiguraw li din iż-żona tibqa waħda fejn ir-residenti jibqgħu jiltaqgħu.

Il-Kunsill tal-Birgu kompla b’proġett li jintroduċi aktar bankijiet dekorattivi fil-pubbliku. Dawn il-bankijiet se jkunu qed jiġu nstallati fi Triq il-Foss tas-Sur u Triq il-Ħabs l-Antik.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend